28 December 2014, published by LITTLEROCK.com.mt
Is-sess mhuwiex l-iktar ħaġa importanti f'relazzjoni, u għalkemm hemm ftit verità f'din l-istqarrija, ma jfissirx li s-sess m'għandux jingħata importanza. Fil-fatt, jekk il-ħajja sesswali bejn il-koppja tiddgħajjef, 90% jammettu li taffettwa r-relazzjoni fuq livelli oħrajn ukoll, jew minħabba n-nuqqas ta' intimità jew minħabba sens ta' frustrazzjoni li jinfirex f'aspetti oħrajn tal-imġiba bejn il-koppja.
Fil-ħajja frenetika tal-lum, qegħdin jiżdiedu l-fatturi li jistgħu jrażżnu l-opportunitajiet li l-koppja żżomm ċerta interazzjoni intima. Oqgħod ftit attent għal dawn il-punti biex tkabbar l-esperjenza sesswali u emozzjonali mal-maħbub/a tiegħek:
1. Ippjanaw il-ħin għas-sess - vera li ma tantx tinstema' romantika l-affari, iżda kulma jfisser dan huwa li tagħmlu l-isforz li tiltaqgħu, titfu l-mobile, u tiffukaw fuq xulxin; il-kumplament jiġi waħdu.
2. Oħorġu minn ġo d-dar - huwa faċli li tintilfu fid-distrazzjonijiet li ssibu d-dar, pereżempju xi faċendi, it-tfal jew it-televiżjoni. Oħolqu sitwazzjonijiet fejn tiffukaw fuq xulxin billi kultant taqtgħu minn dan kollu.
3. Iċċelebraw okkażjonijiet speċjali - anke meta ma jkunx hemm xi okkażjoni partikolari. Pereżempju, tistgħu tiċċelebraw il-fatt li għadkom flimkien, jew li t-tfal qegħdin għand in-nanna.
4. Oħolqu l-intimità - l-intimità mhijiex biss fiżika, anzi, dik ġeneralment hija biss espressjoni tal-intimità emozzjonali li teżisti bejn il-koppja. Agħmlu sforz li tikkomunikaw ta' spiss, anke matul il-ġurnata, u li taqsmu dak li hu għaddej minn ġo fikom mhux biss madwarkom.
5. Missu 'l xulxin - mhijiex kwistjoni li dan għandu jwassal għas-sess; hija opportunità biex tmissu u tħossu 'l xulxin f'sitwazzjoni intima, u titbewsu, biex tqanqlu l-konnessjoni ta' bejnietkom aktar fil-fond.
6. Infexxu f'xulxin għal sigħat twal - meta tistgħu, għax għandkom il-ħin u l-opportunità, agħtu prijorità lil-logħob flimkien fit-tul qabel ma tmorru għas-sod - dan jgħin għal esperjenza fonda kemm fiżikament kif ukoll emozzjonali.
7. Toqogħdux lura minn ħarba ta' malajr - għalkemm huwa sabiħ li tqattgħu l-lejla kollha flimkien, jekk intom imħabbtin bil-ħajja sfrenata, aħjar waħda ta' malajr milli xejn; din se tfakkarkom kemm tieħdu gost b'xulxin u żżomkom marbutin flimkien.
8. Ilagħbu flimkien - tagħtux ċans li l-imġiba ta' bejnietkom issir tedjanti. Kunu ftit imqarbin kultant, billi tbiddlu fejn tiltaqgħu flimkien intimament jew bl-użu ta' xi toys biex tieħdu gost flimkien.
9. Tinsewx ir-romantiċiżmu - partikolarment jekk ma tantx qegħdin taraw lil xulxin; dawk il-messaġġi ħelwin iqanqlu x-xewqa għal xulxin.
10. Ħu ħsieb tiegħek innifsek - jekk tiekol sew u tagħmel l-eżerċizzju, se jkollok burdata u saħħa aħjar u se ttella' l-libido. Se tkun ukoll f'sitwazzjoni aħjar biex tagħti l-attenzjoni lil ħaddieħor.
11. Tillimitawx ruħkom għas-sess - tinsewx li dan huwa att ta' mħabba. Is-sess huwa istint naturali li, teoretikament, tista' taqsmu ma' xi ħadd ikun min ikun, iżda l-imħabba hija xi ħaġa speċjali u li teżisti bejnietkom; esprimuha.