5 raġunijiet mhux tas-soltu biex tkun veġetarjan
27 July 2015, published by LITTLEROCK.com.mt
Dejjem ikun dibattitu jaħraq dak bejn min jiekol il-laħam u min le. Is-soltu tisma' l-veġetarjan jgħid li jħobb l-annimali wisq biex jasal jikolhom, ieħor li hemm wisq moħqrija fil-mod kif jitrabbew l-annimali għall-ikel u li jixtiqilhom id-dritt għal eżistenza aktar dinjituża, u ieħor se jsostni li hu veġetarjan minħabba raġunijiet ta' saħħa. Iżda hemm raġunijiet oħrajn li rari jissemmew u li huma validi ħafna:
Il-problema tal-ġuħ
90% tal-qamħ li jitkabbar fl-Istati Uniti jintuża biex jagħlfu l-bhejjem - baqar, ħnieżer, nagħaġ u tiġieġ - iżda tispiċċa b'nofs kilo laħam biss fuq il-mejda tal-ikel għal kull 7 kili qamħ. Renè Dumont, ekonomist, qal lill-UN f'rapport fl-1974, li l-problema tal-ġuħ ġejja mil-konsum żejjed tal-laħam. Fil-ktieb tiegħu, Proteins: Their Chemistry and Politics, Dr. Aaron Altshul qal li b'dieta li tikkonsisti minn qamħ, ħaxix u fażola, biċċa art tista' titma' 20 persuna għal kull waħda li tiekol il-laħam, u li l-laħam għall-ikel huwa ħela tar-riżorsi tad-dinja. Saħansitra jgħid li l-art disponibbli għall-agrikoltura fid-dinja tista' titma' 20 biljun ruħ fid-dinja mingħajr problemi ta' ġuħ.
Il-baqar għall-ikel
Forsi qiegħed taħseb fiċ-ċanga iżda proprjament it-titlu qiegħed jirreferi għall-ħalib, il-butir, il-jogurt, il-ġobon, u ħafna prodotti tal-ikel oħrajn magħmulin mill-ħalib. Baqra ħajja hija sors akbar tal-ikel minn waħda mejta. Minn studju li sar fl-1971 fl-Indja minn Stewart Odend'hal tal-Università tal-Missouri, instab li l-baqar fil-Bengal kienu qegħdin jgħixu b'dak li n-nies kienu jarmu mill-uċuħ tar-raba' (għax mhux tajjeb għall-ikel), u mix-xejn kienu jipprovdu biżżejjed ħalib għal bosta prodotti tal-ikel mimlijin proteina għal ħafna bnedmin.
L-ambjent
L-iktar riżors importanti li għandna f'wiċċ id-dinja huwa l-ilma, li aktar ma jgħaddi ż-żmien qiegħed jonqos jew jitniġġes. Għandna nibżgħu għall-ilma, iżda ma naħsbuhiex darbtejn biex naħlu minn 1000-3000 litru ilma biex nipproduċu 500 g laħam meta nistgħu nużaw biss 7 litri ilma biex nipproduċu 500 g qamħ; dan skont studju ta' Paul u Anne Ehrlich li kitbu fuqu fil-ktieb tagħhom Population, Resources, and Environment. Skandlu fl-Amerka li ħareġ f'The New York Post fl-1973 żvela li fabbrika tat-tiġieġ kienet qiegħda taħli biżżejjed ilma kuljum biex isservi belt ta' 25,000 ruħ.
Il-konflitt soċjali
Fi żmien il-Griegi, fir-Repubblika ta' Platun, Sokrate kien irrakkomanda biex in-nies ikunu veġetarjani sabiex ir-riżorsi tal-agrikoltura jkunu utilizzati għall-aħjar. Kien avżahom li jekk jieklu l-laħam se jkollhom bżonn iktar art sabiex jgħixu, u dan ifisser gwerra. Ma kienx qiegħed jgħid il-ħmerijiet. Studju li ġie ppubblikat fil-Plant Foods for Human Nutrition stqarr li tomna art li tkabbar il-qamħ tipprovdi 5 darbiet aktar proteina minn tomna art utilizzata biex tagħlef il-bhejjem. Mhux biss: tomna fażola tipprovdi 10 darbiet aktar proteina, u tomna spinaċi 28 darbiet aktar!
Flus bi flus
Jekk kellek f'moħħok li ma tridx tkun veġetarjan minħabba problema ta' proteina (forsi twebbilt li għandek bżonn ħafna proteina minħabba x-xogħol iebes u li għalhekk mingħajr laħam ma tistax tgħix) kun af li d-diversi tipi ta' qamħ, fażola u prodotti tal-ħalib huma mimlijin proteina: 100 g laħam tipprovdi 20 g proteina, filwaqt li 100 g fażola tagħtik 25-35 g. L-isbaħ hija li l-ħxejjex iqumu ħafna inqas flus bil-kilo biex tixtrihom. Barra minn hekk, m'għandekx bżonn friża biex terfagħhom, u jżommu għal ħafna żmien mingħajr ma jmorru jew jitilfu t-togħma u n-nutrijenti li fihom. Għaldaqstant, flus bi flus, tmur aħjar jekk tixtri proteina veġetali milli dik tal-annimali.
Credit: The Higher Taste © 1991 The Bhaktivedanta Book Trust International