Writer 4 Writing
  • Home
  • Services
  • Portfolio
    • Content Writing
    • Articles >
      • Love, sex, and relationships
      • Travel
      • Lifestyle and culture
      • Malta and the Maltese
      • People
      • Artikli bil-Malti
  • Blog
  • About
  • Contact

9 tipi ta' persuni tossiċi li m'ghandekx iżżomm f'ħajtek

15 January 2015, published on LITTLEROCK.com.mt
Picture
Il-kwalità tal-ħajja tiegħek tiddependi ħafna min-nies li żżomm madwarek kif ukoll dawk li tagħraf li m'għandekx iżżomm. Evita t-toqol tar-relazzjonijiet li jeqirduk. 

1. In-nies li jżidulek l-istress

L-istress mhuwiex neċessarjament ħażin; tista' tħallih jeqirdek jew tista' tużah bħala motivazzjoni biex taġixxi b'mod li jwassal għall-ġid. Iżda l-istress għandu jiġi miċ-ċirkostanzi mhux min-nies. Jekk hemm nies f'ħajtek li dejjem joħolqulek sens ta' toqol, dak l-istress għandu jitqies bħala motivazzjoni biex tneħħihom minn ħajtek. Il-ħajja hija stressanti biżżejjed, m'għandekx bżonn iktar.

2. In-nies li taparsi jħobbuk

Kulħadd f'ħajtu kellu l-esperjenza li jkollu ħbieb tal-ġenn ... biss sakemm huwa konvenjenti għalihom. Dawn il-ħbieb tat-taparsi kienu buzz biex toħroġ magħhom, sabuk meta kellhom bżonnok, iżda għosfru meta ġejt bżonnhom int. Dawn in-nies huma partikolarment tossiċi għax ġegħluk taħseb li għandek lil xi ħadd li jifhmek u li jista' jtik l-appoġġ, iżda meta fittixthom ma sibthomx u ħallewk tinstabat mal-art waħdek.

3. In-nies faċċoli

Dawn huma l-agħar nies. Jidħqulek f'wiċċek imbagħad jgħidu kontra tiegħek minn wara dahrek. M'għandhomx sinsla biex jgħidulek f'wiċċek dak li jaħsbu jew li jħossu, jilagħbuha tal-ħelwin, u jċappsulek ismek ma' kulħadd. Min jixtieq iżomm nies bħal dawn bħala "ħbieb" ikun ċuċ.

4. In-nies li jużawk sfaċċatament

Kulħadd juża lil ħaddieħor xi ftit jew wisq, għax nagħmluha ma' min iġibilna xi benefiċċju b'xi mod jew ieħor ... jekk le ma nsibux raġuni għalfejn nagħmluha magħhom, u huma magħna. Iżda l-bilanċ huwa importanti. Jekk hemm min jużak sfaċċatament għall-iskopijiet tiegħu mingħajr ma joffrilek l-ebda benefiċċju, m'għandekx xi tridu f'ħajtek.

5. In-nies li jigdbulek

Kulħadd jigdeb xi ftit jew wisq. Ħafna mill-gideb huwa innokwu, bħal meta xi ħadd jipprova jimpressjonak l-ewwel darba li ltqajt miegħu. Iżda meta tidħol il-fiduċja, m'hemmx lok għall-gideb. Il-verità hija rari u apprezzabbli, u għandek iżżomm madwarek nies li tista' tafdahom.

6. In-nies li ma jirrispettawkx

Ir-rispett għandu jkun reċiproku: tagħtih u tirċevih. Jekk hemm xi ħadd f'ħajtek li tistmah iżda ma jistmakx, dabbarlu rasu. Mhix kwistjoni li titkessaħ jew li tkun kburi żżejjed: tgħallem irrispetta lilek innifsek l-ewwel billi telimina minn ħajtek lil min ma jġiblekx ir-rispett kif jistħoqqlok.

7. In-nies li jweġġgħuk kontinwament

Il-problema hawn hija li jekk xi ħadd għandu l-qawwa li jweġġgħek emozzjonalment huwa għaliex tgħożżu, u għalhekk tibża' li ma jgħożżokx bl-istess mod. Iżda minħabba l-biża' li nitilfuhom, hemm tendenza li nħallu kollox jgħaddi. Filwaqt li huwa importanti li nagħrfu għalfejn qed nagħtu din l-importanza kollha lejn dak li ntqal jew sar - indipendentement minnhom - biex nitgħallmu lezzjoni personali, kultant il-lezzjoni hi li ma nħallux min jiżvoga d-dwejjaq tiegħu fina. 

8. In-nies li ma jiswew xejn ta' ġid

Il-ħajja qasira. Għandna ħin limitat u riżorsi limitati. Dak li tista' tikseb fil-ħajja huwa limitat. Mhux possibbli takkwista kulma tixtieq fil-ħajja. Mela oqgħod attent kif tqatta' l-ħin tiegħek, x'tagħmel u ma' min. Il-ħin li tista' tqatta' mal-ħbieb biex tibni relazzjonijiet profondi u sodi huwa wkoll limitat, mela agħżel li tinvesti ħinek u l-enerġija tiegħek f'dawk li jagħtu kontribuzzjoni siewja f'ħajtek, għax jekk le il-probabilità hija li qegħdin jixorbuk għalxejn.

9. In-nies li jżommuk lura

Il-ħajja hija interessanti meta nħarsu dejjem 'il quddiem u nagħmlu l-progress, kemm fuq livell personali kif ukoll fiċ-ċirkostanzi tagħna. Iżda hemm min ikun kuntent jibqa' fejn hu, u dawn in-nies issibhom igorru li qed "tinbidel" u "m'għadekx li kont" flok jifirħulek għas-suċċessi personali li tkun qed tikseb f'ħajtek. Oqgħod attent għax il-pressjoni taf twaqqgħek għal vizzjijiet tal-imgħoddi li tant ħdimt biex tegħleb jew iżżommok milli ssegwi t-triq u l-ħolm tiegħek.


Writing ​Services

SEO digital content writing
Copywriting
Blogging
​Marketing emails
Newsletters

Press releases
Feature articles
​
Interviews
Editing

Melanie Drury
Freelance Writer, Blogger, Editor & Digital Content Specialist

About
LinkedIn Profile

Request a Quote

Contact

​

​

© COPYRIGHT 2015.
​ALL RIGHTS RESERVED.
  • Home
  • Services
  • Portfolio
    • Content Writing
    • Articles >
      • Love, sex, and relationships
      • Travel
      • Lifestyle and culture
      • Malta and the Maltese
      • People
      • Artikli bil-Malti
  • Blog
  • About
  • Contact