“Ijja kemm teqred! Tgorrx!” – 10 modi kif tista’ tapprezza iktar il-ħajja
2 January 2015, LITTLEROCK.com.mt
Aħna l-Maltin għandna kemxejn il-vizzju li neqirdu u ngorru għal xejn b'xejn. Iżda aħseb ftit: meta tgorr xi tkun qiegħed tagħmel? Tkun qiegħed tenfasizza l-fastidju li qiegħed tħoss u xxerred id-dwejjaq tiegħek madwarek, filwaqt li qiegħed tinsa x-xorti tiegħek f'affarijiet oħrajn.
Meta tħossok grat se tqanqal burdata tajba, ferħ li inevitabbilment se tittrażmetti lil kull min hemm madwarek. Fin-nies se tfittex dak li hu sabiħ u se tapprezzahom iktar ukoll, u b'hekk se jkollok relazzjonijiet aħjar. L-apprezzament iħeġġeġ l-attitudni pożittiva, u hemm ħafna sorsi li jsostnu li din taf iġġiblek ukoll aktar suċċess fil-ħajja u tħossok iktar b'saħħtek. Tassew jidher li l-pożittività hija l-ikbar ass li jista' jkollok f'idejk.
Iżda mhux faċli tbiddel il-mentalità. Ipprova segwi dawn l-10 pariri biex tqanqal attitudni iktar kostruttiva u benefiċjali.
1. Ibda l-ġurnata bit-tajjeb
Ibda l-ġurnata bit-tajjebKull filgħodu malli tqum, irringrazzja l-ħajja li qomt qawwi u sħiħ, tas-sodda li rqadt fiha u s-saqaf li għandek fuq rasek. U flok teqred għax trid toħroġ minn taħt il-friex kontra qalbek, irringrazzja wkoll li għandek is-saħħa li tqum u tkun attiv filwaqt li hemm ħafna li m'għandhomx dawn il-privileġġi kollha.
2. Fittex il-ġid f'kollox
Look for happiness in everything Fittex il-ġid f'kollox"Uff xi dwejjaq dan it-traffiku ta' filgħodu ... u kemm m'għandix aptit immur ix-xogħol!" Jekk dan jista' jkun int, minflok ipprova aħseb: "Għandi karozza u għandi xi mkien fejn immur fejn nista' nagħmel ħilti għall-benefiċċju ta' ħaddieħor." Żgur li tinbidillek il-burdata meta tibdel il-mod ta' kif tħares lejn l-affarijiet.
3. Apprezza l-affarijiet żgħar
Appreciate the small things Apprezza l-affarijiet żgħarMatul il-ġurnata, ftakar kemm int ixxurtjat. Biss biss meta tiekol, jew meta tixrob ftit ilma, għandek privileġġi li mhux kull persuna fuq din il-pjaneta għandha.
4. Kuljum għid lil xi ħadd għal qalbek għalfejn tapprezzah
Tell someone you appreciate them everyday Kuljum għid lil xi ħadd għal qalbek għalfejn tapprezzahStramba l-biċċa imma ta' spiss ma nesprimuhomx dawn is-sentimenti għax nistħu - imma għalfejn? L-apprezzament ferħ biss jista' jġib. Imqar tgħallem għid grazzi ta' li jagħmlu miegħek.
5. Sib raġuni għalfejn għandek tapprezza lil dak li qiegħed idejqek
Find reasons to appreciate things you don't like Sib raġuni għalfejn għandek tapprezza lil dak li qiegħed idejqekIva, din iktar diffiċli. Iżda jekk tfittex sew se ssib li dan kapaċi qiegħed jagħtik l-opportunità li titgħallem xi ħaġa fuqek innifsek jew fuq il-ħajja.
6. Aprezza li għandek ġisem b'saħħtu
Appreciate that you are physically healthy Aprezza li għandek ġisem b'saħħtuĦu ħsiebu: ħares id-dieta, agħmel l-eżerċizzju u kultant żiegħel bik innifsek.
7. Aprezza li għandek moħħ tajjeb
Appreciate that you have healthy mind Aprezza li għandek moħħ tajjebAqra, tkellem fuq affarijiet bis-sens u sib modi biex tistimula l-intellet. Immedita.
8. Aprezza li għandek spirtu ħaj
Share happiness with others Aprezza li għandek spirtu ħajTqattax ħajtek rieqed; hemm min qisu mejjet waqt li għadu jieħu n-nifs. Agħmel affarijiet li jistimulawk u li jtuk skop fil-ħajja. Aqsam il-ġid ma' ħaddieħor u servihom minn qalbek.
9. Fittex raġuni għalfejn għandek taprezza anke l-affarjiet koroh li jiġrulek
Appreciate even the bad things that past Fittex raġuni għalfejn għandek taprezza anke l-affarjiet koroh li jiġrulekDin hija opportunità sagra biex issib it-tajjeb f'dak li ġara, imqar li ntbaħt kemm int reżiljenti jew xi tagħlima minn esperjenza li qatt ma kellek bħalha.
10. Apprezza anke n-niket li tħoss
Also appreciate sadness Apprezza anke n-niket li tħossDan ifisser li int uman u taf tħobb. Il-mentalità pożittiva hija ta' ġid iżda kulħadd huwa suġġett għat-taqlib tal-ħajja. Huwa tajjeb li taċċetta dawn il-mumenti, u tista' wkoll tesprimihom. Ftakar biss li dawn il-mumenti se jgħaddu biex ma tinqabadx fin-nassa tad-diqa.
Tajjeb li niftakru li saħansitra Gandhi kien stqarr: "Il-bniedem huwa r-riżultat ta' ħsibijietu; dak li jaħseb, hekk isir."