X’tagħmel minflok titkellem baxx?
24 June 2015, published by LITTLEROCK.com.mt
Illum, li tkun ġo xi ħanut jew tistenna karozza tal-linja u tisma’ xi ħadd jiġbed xi waħda hija komuni. Fi żmien l-inkwiżizzjoni, id-dagħa kien iwasslek quddiem l-inkwiżitur; illum kollox jibqa' għaddej - l-iktar l-iktar, xi ħadd ikemmex wiċċu jitkaża bih, u l-biċċa tieqaf hemm.
Trid u ma tridx, jogħġbok u ma jgħoġbokx, id-dagħa sar parti integrali mil-lingwa Maltija, u din mhix karatteristika tal-Malti biss: kważi f'kull lingwa nsibu l-użu ta' ċertu kliem "pastaż" jew "oxxen" li eventwalment daħal fl-użu ta' kuljum anke b'tifsira differenti ħafna mill-għerq tiegħu. Fil-fatt, biex wieħed ikun jista' jgħid li jaf lingwa sew, għandu jkun jaf ukoll kif jintuża dan il-kliem, u jekk jippreferi ma jużahomx, għall-inqas għandu ikun jaf is-sentiment li jridu jfissru fil-kuntest meta jgħidhom xi ħadd ieħor.
Sfortunatament, l-istudenti tal-Malti u anke ħafna Maltin ma jakkwistawx l-għodod għall-użu tal-kliem b'mod xieraq. Minflok, it-tendenza ġenerali hija jew li wieħed jinjora kompletament il-kliem "ħażin" u jitlef din il-parti importanti tal-lingwa, jew jabbuża minnu u jużah f'sitwazzjonijiet mhux xierqa.
Hawn Malta, bħal f'pajjiżi oħrajn, għandna ħafna kliem li joriġinaw mill-kliem "ħażin" u mid-dagħa; dawn jintużaw fl-istess kuntesti, iżda jitlissnu u jinkitbu b'mod li jneħħilhom il-"pastaż" minn ġo fihom; jintużaw bħala alternattivi inoffensivi biex nikkomunikaw l-istess sentiment, li madankollu mhux marbut mal-kelma nnifisha. Ftit minn dan il-kliem li jgħaddilna minn moħħna huwa dan:
Iż-żoċċ
Il-marelli, il-madoffi, il-madonċi
Illallu, illalleċ
Illostra, illostriċ, istra
Ħaqq għat-Torok (ara minn fejn ġejja din! Minn żmien l-1565!)
Jekk, bħall-maġġoranża tal-Maltin, tuża kliem bħal dan, jew tippreferi tesprimi ruħek ċar u tond, tinduna li kieku kellek tqaċċat dan il-kliem kollu mil-lingwa, tkun qed titlef parti importanti mill-espressjoni tal-poplu. X'tista' tgħid minflok "illallu" jew "ħaqq għall-marelli" li ttik l-istess sodisfazzjon fl-espressjoni tagħha? Naħseb li taqblu li m'hemm xejn qrib. Lanqas temmen kif tiżviluppa, lingwa!